Story Changers għandu l-għan li jiżviluppa l-ħiliet soċjali tal-istudenti li qegħdin fil-primarja permezz ta’ kombinazzjoni ta’ rakkonti ta’ stejjer u ta’ realtà virtwali, kif ukoll li jipprovdi lill-għalliema b’għodod innovattivi ta’ tagħlim biex is-soft skills tal-istudenti tagħhom jiġu żviluppati.