Ħarsa

Story Changers għandu l-għan li jiżviluppa l-ħiliet soċjali tal-istudenti li qegħdin fil-primarja permezz ta’ kombinazzjoni ta’ rakkonti ta’ stejjer u ta’ realtà virtwali, kif ukoll li jipprovdi lill-għalliema b’għodod innovattivi ta’ tagħlim biex is-soft skills tal-istudenti tagħhom jiġu żviluppati.

Dan se jinkiseb permezz tal-ħolqien tal-istejjer “You Tell”, serje ta’ stejjer interattivi għall-istudenti li qegħdin fl-edukazzjoni primarja b’diversi plotts alternattivi (ibbażati fuq il-metodoloġija ta’ Gianni Rodari u Eugene Trivizas). Dawn għandhom jintgħażlu mill-istudenti, skont il-ħiliet soċjali u l-valuri tagħhom. Ħamsa minn dawn l-istejjer “You Tell” se jinbidlu f’xenarji interattivi tar-realtà virtwali. L-istejjer u x-xenarji interattivi tar-realtà virtwali, flimkien ma’ attivitajiet oħra (eż. icebreakers, gwidi), se jiġu inklużi fil-pakkett ta’ tagħlim “Change the Story” li huwa maħluq biex jintuża mill-għalliema ġol-konsorzju u barra minnu, għall-iżvilupp tal-ħiliet soċjali tal-istudenti tagħhom