Fejn jidħlu l-ISTUDENTI, biex:
- Itejbu l-ħiliet soċjali, eżempju l-empatija, il-ħsieb kritiku, is-soluzzjonijiet għall-problemi, l-aċċettazzjoni għad-diversità, il-kuxjenza dwarhom innifishom, eċċ.
- Jgħinhom jiskopru l-qawwa tar-rakkont ta’ stejjer u jitnebbħu biex jużawha fil-ħajja ta’ kuljum kif ukoll fil-ħajja futura tagħhom (fl-istudji u fil-karrieri professjonali tagħhom)
- Jgħinhom japprezzaw u jsiru familjari ma’ teknoloġiji ġodda u innovattivi, itejbu l-ħiliet diġitali jew tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni
Fejn jidħlu l-GĦALLIEMA, biex:
- Jgħinhom itejbu l-ħiliet tat-tagħlim tagħhom billi jintegraw il-kunċett tar-rakkont ta’ stejjer fit-tagħlim tagħhom.
- Jgħinhom japprezzaw u jsiru aktar familjari ma’ metodi ġodda u innovattivi ta’ tagħlim li jikkombinaw flimkien ir-rakkont ta’ stejjer u x-xenarji interattivi tar-realtà virtwali u b’hekk itejbu l-ħiliet diġitali jew tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni
- Jgħinhom itejbu ħiliet bħall-kreattività u l-flessibilità u jintegrawhom ta’ spiss fil-prattika ġewwa l-klassijiet tagħhom
- Jgħinhom jibnu fuq esperjenzi komuni mal-istudenti tagħhom u għalhekk isaħħu r-relazzjonijiet professjonali u fuq kollox dawk personali mal-istudenti. Il-kunċett tal-istejjer “You Tell” jagħti l-opportunità lill-għalliema biex iħallu lill-istudenti jagħtu l-opinjoni tagħhom u b’hekk, juruhom li jirrispettaw u japprezzaw il-kapaċitajiet kreattivi u intellettwali tagħhom.
- Jgħinhom iħarsu lil hinn mill-istruttura u r- rutina ta’ kuljum u jesperjenzaw parti ġdida tal-edukazzjoni li x’aktarx qatt ma kellhom iċ-ċans jesperjenzaw.