L-għanijiet ta’ din l-attività huma biex:
- Jgħallmu l-membri tal-konsorzju biex jużaw il-gwida għall-ħolqien tal-istejjer “You Tell” biex joħolqu l-istejjer tagħhom stess
- L-imsieħba jiġu ffamiljarizzati mal-proċess ta’ kif toħloq storja, mal-kitba kreattiva bażika u mat-teorija u t-tekniki tar-rakkont ta’ stejjer, kif ukoll mal-kunċett ta’ stejjer miftuħin għad-deċiżjonijiet.
- Tħarreġ l-imsieħba permezz ta’ ammont sinifikanti ta’ eżerċizzji prattiċi
Se jitħarrġu għalliema minn kull pajjiż tal-konsorzju dwar kif għandhom jużaw il-pakkett ta’ tagħlim “Change the Story” biex b’hekk ikunu jistgħu jagħmlu l-avvenimenti ta’ “Train the National Teachers in Using the Teaching Package”
Żewġ avvenimenti ta’ taħriġ se jsiru fil-ħames pajjiżi tal-konsorzju (10 b’kollox), b’10 għalliema li se jipparteċipaw f’kull avveniment ta’ taħriġ (100 b’kollox).
Il-pakkett ta’ tagħlim “Change the Story” se jsirlu test-pilota ma’ studenti mill-ħames pajjiżi tal-konsorzju. Se jsiru 3 avvenimenti ta’ taħriġ f’Ċipru, 3 fil-Ġreċja, 3 f’Malta, 3 fi Spanja u 1 fi Franza (13 b’kollox). F’kull avveniment ta’ taħriġ, se jieħdu sehem 20 student (260 student b’kollox).
In-numru ta’ avvenimenti ta’ taħriġ jirrifletti it-3 gruppi ta’ etajiet differenti, li għalihom huwa mmirat dan il-proġett:
L-ewwel avveniment għall-ewwel u t-tieni sena tal-edukazzjoni primarja
It-tieni avveniment għat-tielet u r-raba’ sena tal-edukazzjoni primarja
It-tielet avveniment għall-ħames u sitt sena tal-edukazzjoni primarja