IO2. Il-Ħolqien tal-Istejjer “You Tell” u ta’ Gwida Relevanti

L-ewwel nett, se tinħoloq gwida fuq kif toħloq l-istejjer “You Tell” [Gwida 1]. Din se tintuża bħala materjal għat-taħriġ bażiku fl-Attività tat-Tagħlim, filwaqt li wara li jispiċċa l-proġett, tista’ tintuża minn partijiet interessati bħala għodda biex il-professjonisti jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ xi kunċetti bażiċi li għandhom x’jaqsmu ma’ stejjer kreattivi u tekniki marbuta mal-kitba kreattiva. Min-naħa tagħhom l-imsieħba se joħolqu l-istejjer “You Tell”: dawn se jinkludu diversi “punti deċiżivi” u f’dawn il-mumenti l-istudenti jridu jiddeċiedu x’għandu jagħmel l-eroj tal-istorja; l-istorja tiżvolġi skont id-deċizjonijiet tal-istudenti. Fost it-temi tal-istejjer se jkun hemm dawn li ġejjin:

  • Id-diversità (i.e. ir-refuġjati, l-orjentazzjoni sesswali, id-diżabiltajiet eċċ.)
  • Ir-reżiljenza (i.e. telf ta’ tmexxija, tegħleb il-fallimenti eċċ.)
  • Il-ħbiberija (i.e. fejn tibda ħbiberija? Fejn tispiċċa?)
  • Ir-rispett (i.e. l-ibbuljar, l-interazzjoni soċjali xierqa eċċ.)
  • Il-limiti (i.e. prevenzjoni li tikser l-ispazju personali eċċ.)

Se jkun hemm ukoll gwida [Gwida 2] dwar kif tuża l-istejjer “You Tell”

L-Istejjer Tagħna

Materjali Addizzjonali (Bl-Ingliż)